Is-santwarju taż-żwiemel fis-Siġġiewi se jagħlaq. Dan ħabbruh il-voluntiera tas-santwarju fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook, li kkonfermaw li dan se jsir minħabba nuqqas ta’ voluntiera u nuqqas ta’ fondi disponibbli għas-santwarju. Iċ-Chairman tas-Santwarju qal li l-maġġoranza taż-żwiemel li hemm fis-santwarju bħalissa instabitilhom dar.
Filwaqt li rringrazzjaw lil kull min b’xi mod jew ieħor tahom l-għajnuna, il-voluntiera ħeġġu lill-pubbliku biex jattendi għall-attivitajiet ta’ għaqdiet volontarji oħra li jieħdu ħsieb l-annimali.