Il-Belt Valletta se tkun attrezzata b’għaxar punti t’informazzjoni b’differenza. Dan għaliex l-informazzjoni se tingħata permezz ta sistema ta’ smart screens. Kif spjega Jean Pierre Mizzi minn iCity dawn l-iscreens se jgħatu l-faċilita’ lil dawk kollha li jżuru l-Belt Valletta li jippjanaw iż-żjara tagħhom permezz ta’ Google Maps. Dan filwaqt li wieħed jista’ jara x’attrazzjonijiet differenti x’se jkun hemm fil-Belt Valletta. Din l-informazzjoni se jkunu jistgħu joħduha magħhom fil-but hekk kif dawn l-iscreens għandhom l-faċilità li tista’ tibgħat l-informazzjoni b’email biex tkun tista’ taċċessaha minn fuq il-mobile tiegħek.
Għaxar screens ta’ dan it-tip se jkunu mqassma madwar il-Belt f’postijiet prominenti fosthom fi Pjazza Kastilja, Pjazza Tritoni, u l-Pjazza ta’ quddiem il-Qorti. Iċ-ċermen tal-Valletta 2018, Jason Micallef saħaq li dawn ġew b’fondi li qed jintużaw għat-tisħieħ li kien hemm bżonn bi preparazzjoni għal-V18 u se jħallu legat lill-Belt Kapitali ta’ pajjiżna b’mod permanenti.