Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li matul l-aħħar ġimgħat qiegħed isir test ġdid ta’screening għat-trabi.
Dan it-test huwa l-heel prick test għal congenital hypothyroidism. It-test kif kien issir fil-passat kien iħalli lok għal ħafna false positive u għaldaqstant kien iwassal għal ħafna ansjeta għall-ġenituri. Illum it-test qiegħed isir meta t-tarbija jkollha ftit ġranet.Minn kemm ilu li beda jsir il-heel prick test, kien hemm madwar 280 tarbija li ġew ittestjati. Test ieħor ta’ screnning li jsir lit-trabi huwa t-test għat-thalassaemia.
Id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne ta din l-informazzjoni bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari li għamel Godfrey Farrugia.