Wara li aktar kmieni llum it-team malti ta’ taħt il-25 sena għadda għall-finali tal-kategorija tat-timijiet fil-Kampjonat tad-Dinja tal-Pool, aktar tard Scott Muscat għadda wkoll għall-finali tal-Kategorija Individwali U25.
Fis-semifnali li ntlagħbet l-erbgħa filgħaxija, Muscat kien fi klassi għalih meta għeleb lill-irlandiż Morgan Thomas bl-iskor konvinċenti ta’ 7-1.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-finali li tintlagħab għada l-Ħamis fl-10:00 ħin ta’ Malta, Scott Muscat jilgħab kontra l-ingliż Luke Gilbert.