Scott Camilleri u Josette Busuttil jinħatru Sindku u Viċi Sindku ta’ Birżebbuġa wara li Joseph Farrugia, magħruf bħala r-Riki, irriżenja mill-kariga ta’ Sindku fuq raġunijiet personali.
Scott huwa l-iżgħar Sindku li qatt serva f’Birżebbuġa filwaqt li Josette hija l-ewwel mara fil-kariga ta’ Viċi Sindku fl-istess lokalità.
Joseph Farrugia se jibqa’ jservi fil-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa bħala Kunsillier.