L-aġir ta’ Pieter Omtzigt, id-deputat Olandiż ħabib ta’ Jason Azzopardi li ta’ spiss jattakka l-Malta, kien imċanfar bil-kbir mill-ħassieb Martin Scicluna.
Dan f’ ittra qasira iżda diretta ħafna li kiteb fit-Times of Malta.
Martin Scicluna kien qed jirreferi għal artiklu fuq it-Times of Malta fejn dan Omtzigt, fl-aħħar jiem, qajjem xi dubji dwar l-investigazzjoni fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan b’ħafna argumenti spekulattivi.
Martin Scicluna nnota numru ta’ allegazzjonijiet li għamel l-Olandiż u meta rahom waħda waħda qal li bl-attitudni tiegħu Omtzigt ma tefa’ ebda dawl ġdid fuq il-każ.
“Hu qed jikkontribwixxi bil-kbir għall-industrija tal-kospirazzjoni,” qal Martin Scicluna.
Saħansitra żied li Omtzigt joffri konġetturi mlibbsa bħala suġġerimenti, meta l-fatti għad iridu joħorġu l-Qorti.
“Apophenia” hija l-kelma teknika għall-attitudni tal-Olandiż, jgħid Martin Scicluna.
Dan ifisser li taqbad rabtiet bejn affarijiet li m’għandhomx x’jaqsmu biex iwasslu għal sensiela ta’ teoriji ta’ konfoffa mingħajr tmiem.
Martin Scicluna fakkar kif din l-attitudni uriha wkoll meta kien involut fil-każ ta’ fake news tal-MH 17, l-ajruplan tal-Malaysia Airne li ġġarraf. Dakinhar kien involut f’evidenza falza bil-għan li jitfa’ l-ħtija fuq l-Ukraina u jeżonera r-Russja.
“I would take what he says with an egg cup of salt,” kiteb Martin Scicluna dwar dan is-sieħeb tal-Partit Nazzjonalista.
Id-Deputat Jason Azzopardi jkun fil-kumpanija ta’ Omtzigt ta’ sikwit meta fi Strabourgu l-kuntatt bejniethom huwa kontinwu hekk id-Deputat Nazzjonalista stabilixxa lilu bħala l-kuntatt barrani kontra Malta fl-istituzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa.