Olaf Scholz kien ikkonfermat bħala l-Kanċillier il-ġdid tal-Ġermanja mill-Parlament Ġermaniż fejn irnexxielu jikseb maġġoranza qawwija.
Hu kien konfermat bi tliet mija, ħamsa u disgħin vot favur.
Scholz mistenni jieħu l-ġurament wara li jżur il-President Frank-Walter Steinmeier.
Hu se jkun qed imexxi Gvern magħmul minn tliet partiti u ser ikun qed jieħu post Angela Merkel li mexxiet il-Ġermanja għal sittax -il sena sħaħ.
Merkel b’hekk se ttemm wieħed u tletin sena ta’ karriera politika.
Intant, Scholz li għandu tlieta u sittin sena, kienu il-kandidat ta’ kontinwità bħala persuna li kellu rwol importanti fl-amministrazzjoni ta’ Merkel bħala Viċi-Kanċillier.
Dan il-Gvern il-ġdid għandu pjanijiet ambizzjużi biex jiġġieled it-tibdil fil-klima billi jiffoka fuq enerġija rinovabbli però l-prijorità tal-Gvern bħalissa hija l-pandemija hekk kif il-pajjiż qed jirreġistra numri rekord ta’ persuni pożittivi u mwiet.