Donnu li esponenti tal-Partit Nazzjonalista qed jittieħdu mill-Kap tagħhom.
Jghidu li ltaqgħu ma’ nies li qed jaffaċjaw xi problema, imbagħad ma jressqux isimhom lill-Ministeru kkonċernat biex jekk il-problema teżisti tissolva.
Hekk għamel il-kandidat nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali Herman Schiavone.
Fuq Facebook , fil-21 ta’ Mejju, kiteb li waqt waħda minn żjarat li għamel ltaqa’ ma’ ċertu Pawlu l-isem fittizju li tah biex jipproteġi l-identità tiegħu.
Schiavone qal li dan ‘Pawlu’ lmenta miegħu għax m’għadux jieħu l-benefiċċju meta wieħed jirreġistra.
Kumment li minnufih ġibed l-attenzjoni ta’ persuni li rreferew lil Schiavone għand Kelliema mill-Ministeru tas-Sigurta’ Soċjali. Dan biex jgħaddi l-informazzjoni u jsegwu l-każ huma.
Għaddew ftit iktar minn ġimgħatejn u kelliema għall-ministeru tas-Sigurta’ Soċjali qaltilna kif xejn minn dan ma’ sar.
Dwar l-identità ta’ ‘Pawlu’ għad hemm silenzju li jtarrax. L-istess silenzju min-naħa ta’ Simon Busuttil meta fil-programm ‘Dissett’ qal li ltaqa’ ma’ mara u qaltlu li neħħewla l-benefiċċji.
Jew meta ltaqa’ ma’ raġel li qal li sofra inġustizzji mill-Korporazzjoni għat-taħriġ u x-xogħol.
Dwar l-imsemmija każi, kemm Busuttil u kemm Schiavone kellhom cċns bizzejjed iressqu l-informazzjoni lill-entitajiet ikkoncernati. Iżda, qatt m’għamlu dan. Biex bir-raġun ħafna jaħsbu li dan il-każi m’eżistew qatt.