Waqt li dan l-istazzjon staqsa għadd ta’ deputati tal-Partit Nazzjonalista dwar l-aġir ta’ Karol Aquilina fil-Parlament żewġ deputati dawru d-diskors fuq din il-kamra tal-aħbarijiet.
Dawn id-deputati huma Justin Schembri u David Agius, li quddiem il-mistoqsija dwar kif Karol Aquilina qed jattakka lill-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, għażlu li ma jwiġbux id-domanda u, minflok, weġbuna hekk …
Ġurnalist: “Tikkundanna ta’ Karol Aquilina fuq l-Ispeaker?”
Schembri: “Qabel ma l-ONE jirtira l-gideb li gideb fil-konfront tiegħi m’iniex se nwieġeb mistoqsijiet mingħandkom.”
Ġurnalist: “Onorevoli, tikkundanna ta’ Karol Aquilina fuq l-Ispeaker?”
Agius: “Kif il-ONE iġib dak kollu li ngħidilhom, allura nagħtik kumment. Taf li mhux ħa nagħtik kumment.”
Tali tweġibiet ġew fl-isfond li ż-żewġ deputati huma fost numru ta’ deputati oħrajn mill-Oppożizzjoni li huma impjegati mal-Gvern u ġew akkużati li ma jmorrux għax-xogħol.
Fl-aħħar xhur kien żvelat kif, bħala għalliem, Schembri, b’mod partikolari, ma kienx qed imur għax-xogħol, filwaqt li Agius kien qed jattendi b’mod ridott.