Fi stqarrija ċ-chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schemrbi laqa’ l-għażla tal-Maġistrat Dr Natasha Galea Sciberras, wara li hija ntgħażlet bil-polza skont il-Liġi.
Dan wara li l-Qorti ddeċidiet li dak li Simon Busuttil talab lill-Qorti tinvestiga waqt l-inkjesta Maġisterjali m’għandu x’jaqsam xejn mal-allegazzjoni falza li l-Prim Ministru u l-familjari tiegħu għandhom x’jaqsmu mal-kumpanija Egrant.
Għalhekk il-Maġistrat Aaron Bugeja li qed jisma’ din l-inkjesta ma kompliex jisma’ l-allegazzjoni ta’ Simon Busuttil fil-konfront ta’ Keith Schembri u għalhekk għadda għand Maġistrat ieħor.
Wara li tħabbret l-għażla ta’ Maġistrat skont il-polza, Schembri qal li għandu fiduċja assolut fil-ġudikatura u reġa’ tenna li ser ikun qiegħed jikkopera bi sħiħ fl-inkjesta u jħares ’il quddiem b’ħerqa għall-opportunità li jesponi l-verità kollha.