Għat-tieni darba f’ġimgħa l-Independent ġabet fatti għal kollox ħżiena dwar iċ-chief of staff tal-Prim Ministru.
“Ngħamel referenza għall-faċċata tal-Indepdent on Sunday bit-titlu ‘PM’s Chief of Staff transfers three quarters of a million to BVI company 2014’. L-istorja sħiħa hija mimlija żbalji, fatti mhux korretti u allegazzjonijiet mhux fondati flimkien ma’ ħafna assunzjonijiet,” qal fl-istqarrija tiegħu Schembri.
Fisser kif ma kienx hemm trasferiment ta’ flus għal din il-kumpanija fl-2014. “Il-kumpanija fil-BVI u l-l-operat tagħha saru kollha qabel id-dħul tiegħi fil-politika,” qal Schembri li żied kif huwa kurjuż kif l-Independent qed tikkwota ħażin dokumenti bażiċi.
“Huwa evidenti li l-Independent qablet li tkun parti mill-assassinju tal-karattru tal-Partit Nazzjonalista,” temmet tgħid l-istqarrija. Keith Schembri diġa’ fetaħ libell lil din il-gazzetta.
AĠĠORNATA