Scammel tar-riċiklaġġ inħakem minn nirien kawża ta’ spluzjoni żgħira.
L-incident seħħ fi triq il-Mitħna f’Hal Qormi għall-ħabta tas-14:30. Fuq il-post issejħu ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
X’aktarx l-ispluzjoni seħħet kawża ta’ bottijiet tat-tinner li ntremew fl-istess scammel.
Ħadd ma weġġa iżda nħoloq ammont ta’ traffiku.