Fl-aħħar sigħat, 17-il persuna oħra fiequ mill-Coronavirus filwaqt li feġġ każ wieħed biss minn fost ftit aktar minn 1,000 test.
B’hekk issa in-numru ta’ każijiet attivi huwa ta’ 57.
It-total ta’ nies imfejqa tela’ għal ħames mija u erbgħa u ħamsin.
It-testijiet li saru fl-aħħar sigħat kienu jgħoddu għal 1,071.
Minn mindu bdiet din il-pandemija b’kollox saru 70,693 test.