Se jkunu 17-il pajjiż li se jipparteċipaw fl-edizzjoni li jmiss tal-Junior Eurovision Song Contest li se jsir f’pajjiżna.
Il-Junior Eurovision se jitella’ għall-ewwel darba l-Ħadd, nhar l-20 ta’ Novembru li ġej ġewwa l-Belt Valletta. Malta se tkun qed tospita dan il-festival għat-tieni darba wara li s-sena l-oħra Destiny Chukunyere rebħet il-kompetizzjoni bil-kanzunetta Not My Soul.
Artisti li għandhom bejn 9 u 14-il sena minn dawn il-pajjiżi se jieħdu sehem; l-Albanija, l-Armenja, l-Awstralja, il-Belarus, il-Bulgarija, Ċipru, Ġorġja, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżrael, il-Polonja, L-Olanda, Malta, L-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Russja, is-Serbja u l-Ukrajna.
Meta sentejn ilu l-Junior Eurovision sar f’Malta kienu 16-il pajjiż li ħadu sehem. Din is-sena se jirritornaw pajjiżi bħal l-Iżrael, il-Polonja u Ċipru.