Ilbieraħ tlaqqa’ l-kumitat Pana f’pajjiżna. Huwa kumitat tal-Parlament Ewropew li twaqqaf wara l-Panama Papers, bl-iskop li janalizza s-sistemi finanznarji u taxxa fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
L-uniku persuna li semma il-każ ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi kien il-membru Ewro-Parlamentari Nazzjonalista David Casa. Iżda l-kumitat Pana ma ċediex għall-pressjoni tal-Partit Nazzjonalista u qed ffoka fuq is-sistema ta’ taxxa lokali, li ilha fis-seħħ għal snin.
Dwar il-laqgħa tal-kumitat tal-Pana f’Malta tkellimna mal-editur tal-Maltatoday, Saviour Balzan. Qal li ħafna mid-deputati li ġew hawn Malta kien interessati dwar is-sistema ta’ tassazzjoni li hawn hawn Malta u jinteressahom li n-nies tagħhom ma jiġux pajjiżna biex jevitaw it-taxxi. Balzan jemmen li hemm problema kbira ta’ kif inwasslu l-aħbar dwar dak li qed jiġri f’pajjiżna.
Segwi l-kumment hawn.