Minn tal-inqas ħdax-il persuna ndarbu f’attakk fuq l-uffiċini tal-aġenzija t’għajnuna internazzjonali “Save the Children” fl-Afganistan.
L-attakk beda minn splużjoni li saret biswit il-bini tal-organizzazzjoni f’Jalalabad, fejn wara daħlu rġiel armati u qabdu jisparaw. Huwa maħsub li l-aggressuri huma militanti Talibani hekk kif mhux l-ewwel darba li Jalalabad spiċċa fil-mira tagħhom.
L-attakk seħħ ġranet biss wara li militanti Talibani armati daħlu f’lukanda lussuża f’Kabul u qatlu minn tal-inqas tnejn u għoxrin persuna.