“Imbasta ferfer iz-zalzetta fuq it-television, xkanawħ ‘l barra.. ħaħ ħaħ ħaj!”
Stenna ħalli ndaħħalkom ftit fix-xena. Mela kont għall-kwiet id-dar. Jien bniedem inħobb ħafna l-kwiet. Sakemm ma nsibx ruħhi bejn Ċensina ta’ faċċata tiegħi u qoxritha! Il-kwiet inkiser f’daqqa. Taf int tisma’ ħoss ġej mill-bogħod umbgħad tieqaf ftit minn dak li tkun qed tagħmel, tkemmex moħħok u twaqqaf widnejk biex tikkonċentra ħalli tara x’ikun qed jiġri. Leħinha ma tistax titfixklu hux. Ċensina kienet f’nofs argument. Ħriġt fil-kamra ta’ barra u ttawwalt minn bejn il-venetian blinds.
Hekk hu. Kif ħsibt jien. Faċċata tiegħi żewġ bibien ‘l isfel kienet għaddejja rawnd tal-bejati pawli. Ċensina fit-tieqa t’isfel ta’ ħdejn il-bieb ta’ barra, qisha r-reverendu fuq il-pulptu f’nofs il-paniġierku u żewġ nisa taħt il-bankina jħarsu lejha u lejn xulxin qishom żewġ pupi tal-ħabel.
“Imbasta ferfer iz-zalzetta fuq it-television, xkanawħ ‘l barra.. ħaħ ħaħ ħaj!”, kienet qed tirriċpa Ċensina. “Gwerra bejniethom fid-distrett u qaċċtuh mill-wan ow wan”.
“Dr. Busuttil jaf x’inhu jagħmel, Mrs”, ipprovat idaħħal l-argument tagħha waħda min-nisa. “He’s the Kap ay”.
“U ajma, jew be, jekk mhux ay, x’kull waħda wkoll! The Kap Sajmin ħej”, attakkat Ċensina, “l-uniku wieħed li żamm mall-ħamallaġni ta’ the wan with the sausage f’idejh. Umbgħad aħna l-Laburisti ħamalli u psatas hux Misis! Għal xejn ferfira biex iħajjar lin-nies għall-barbeque tal-pee enn, għal xejn dejjaq u hammeġ lil kull min hu wara Joseph tagħna bit-telefonati, għax tawh il-gravy għal fuq iż-żalzetta… they sent him out b’daqqa ta’ sieq ħi”.
“Listen… “
Iva Ċensina se tagħmel listen, ma tarax!
“Listen xejn! U darb’oħra tieqfux tpeċilqu quddiem il-bieb tiegħi għamluli grandissmu pjaċir. Qed nismagħkom minn fuq is-sufan toħorġu l-ħdura kontra l-gvern. Mela ma tarawx aħbarijiet jew? Jaqaw ir-remote tat-television tagħkom ma taħdimx u mwaħħlin fuq stazzjon wieħed biss intom jew? Puuu, x’injoranza! Kixxi ‘l hemm u morru eqirdu fejn ma nisimgħakomx jien!”
Naħseb li f’xi ħin minnhom ċaqlaqt il-venetian blind mingħar ma ridt, għax rajt il-ħarsa ta’ Ċensina tħares lejn il-gallerija tiegħi. Ħaqq għall-aħbeċ!
“Oħroġ rasek ‘l barra ħa nkellmek naqra Ajtjen! Għidilhom lil dawn ħi x’qed jagħmel il-gvern tagħna, għax inti tifhem!”
U s-santa! Ftaħt it-tieqa tal-gallerija u xrift rasi ‘l barra. “Ħa ninżel naqra, Ċens, ġej”.
Ippreferejt ninżel ħdejhom. Ma ridtx li nagħmel ħafna storbju u nispiċċa b’kulħadd ħiereġ fit-twieqi u l-gallerijiet hux. Avolja naf fiċ-ċert li nofs it-triq kienet wara l-ħġieġ tat-twieqi ssegwi. Imma nsomma.
Sakemm daħħalt rasi mit-tieqa tal-gallerija smajt lil Ċensina twiddeb. “Stenna, don’t go now, ħalli nurukom kemm imxiet ‘l quddiem Malta tagħna”.
Kif ħriġt mill-bieb ta’ barra qbadt liż-żewġ nisa qishom qed jipprotestaw “għax they had shopping to do”, imma b’Ċensina qisha pitbull tħares lejhom, naħseb raddew salib li m’hemmx x’tagħmel ikollhom jibqgħu dik in-naqra oħra hemm qabel ikomplu x-xirja.
Hekk kif wasalt ħdejn Ċensina, ma tatnix ċans nieħu nifs.
“Kemm għandna qagħad Ajtjen?”
“L-inqas livell għal snin kbar”
“Kemm hawn mediċini awtovstokk?”
“Xejn”
“X’iċċaqlaq wara ħamsa u għoxrin sena Ajtjen?”
“Emm… “
“X’jiġifieri emm? Trid daqtejn fuq rasek ħa nfakkrek int?”
“Le, le. Hemm ħafna affarijiet hux”
“Semmihom mela, ja ċass”
“Ħeqq ok”.
Kont qed inħossni qisni tifel tal-iskola għaddej minn xi eżami.
“Tranġaw il-pensjonijiet, raħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, ġew miljuni kbar ta’ investimenti, inħolqu ma nafx kemm-il post tax-xogħol, investiment qawwi fil-qasam tas-saħħa, twaqqfet il-power station tal-Marsa, spiċċat il-problema tat-trab iswed, rekord fit-turiżmu, bidliet fil-qasam tal-edukazzjoni, l—ġid li qed jinħoloq qed jitqassam b’mod ġust, għax anki l-barranin qed jiċċertifikaw dan, għandna pajjiż ekonomikament b’saħħtu, saru ma nafx kemm-il ftehim bilaterali, stabbilejna relazzjonijiet diplomatiċi ma’ pajjiżi ġodda…”
Ċensina fetħet ħalqha u waqqfitni mil-lista li kont qed nagħti.
“U iva, nafu fejn taħdem Ajtjen, għidlu prosit lil Ministru ħi!”
Daret fuq l-oħrajn u… “You see?”, qalet lil dawk iż-żewġ nisa, “u ħa ngħidilkom, konna nibqgħu sejrin sa’ għada filgħodu bil-lista ta! Imma għandi t-tfarfir x’nagħmel għad. Issa farfru ruħkom ‘l hemm u ħalluna ngħixu, x’kull waħda. Go, go, go ‘l hemm, Misisijiet”.
Il-povri żewġ nisa li kienu ċassi jħarsu lejja, raddew is-salib u bdew biex iħaffu l-pass ħalli jekk jista’ jkun itiru ‘l hemm.
“Għalfejn raddejtu s-salib? Mela rajtu xi dimonju jew?”, kienet pronta Ċensina!
Ħarist lejn Ċensina, u xaqlibt naqra rasi. Ridt ngħidilha; Ċens, qalgħu biżżejjed, ejja let them go. Imma ma kienx il-kas.
“X’qed ixxaqleb rasek int? Qisek kelb qed jitlob il-ħniena? Ħallihom! Mela jiġu jroddu s-salib f’wiċċi jew? U żgur, taf għalfejn jarawna dimonji hux? Għax qatt ma basru li b’Joseph tagħna fil-gvern konna se nġibu l-pajjiżna fejn ġibnieh! Jarawni dimonji għax sirna rispettati mid-dinja kollha, jarawna dimonji għax erġajna qed nissemmew fit-tajjeb. Mhux kif irid Sajmin tagħhom ta! Għax ta’ madwaru ħlief jaqgħu għal patatthom jitkellmu kontra pajjiżhom mhux qed jagħmlu”.
Ħadt nifs ‘l gewwa u ppruvajt nieħdu bil-mod u mingħajr ħoss. Taf int!
“Għax dejjem ifuħ irid hux il-Kap tal-partit! Meta jkun hemm deċiżjoni iebsa li jrid imur quddiem il-poplu biha, jsir Pilatu. U ajma jrid ikollok l-istoffa biex tkun the Kap ta Ajtjen. Deċiżjonijiet iebsa jkollok toħodom, mhux iddawwar wiċċek in-naħa l-oħra taparsi ma jeżistux!”
Tajt tnejn b’rasi, għax ngħiduha kif inhi, ma tistax tgħis li !ensina m’għandix raġun f’din.
“Insomma Ajtjen hi, ħa mmur inkomplu nfarfar, għax kont qed indur naqra l-kristall”.
Kif qalet hekk, Ċensina għalqet it-tieqa u daħlet ‘l ġewwa, perswaz li kienet se tkompli għaddejja bid-diskursata waħidha.
Wara ftit sekondi ndunajt li kint qed inħares lejn żewġ persjani magħluqin. Tbissimt u dawwart denbi biex nerġa nidħol ġewwa għal kwiet.
Għax tabilħaqq Sajmin the Kap. Meta tmexxi pajjiż, qisek tkun iżżewwiġtu hux. Trid tagħmel kollox u li hemm bżonn għalih. Mhux dak li jaqbel għal wiċċek biss. Kif qegħdha dik… For better for worse…