Kienu bosta dawk li rreaġixxew għar-ritratt li qiegħed idur fuq is-sit soċjali b’ritratt ta’ Chiara Siracusa u fuqu l-kliem “Dak l-għaġeb kollu għax Ira tqila, Mela jien kont ħafifa jew?”
Filwaqt li kien hemm dawk li interpretawh f’sens umoristiku, oħrajn oġġezzjonaw għal dan il-kliem dispreġjattiv u qal li “sirna pajjiż bil-valuri f’miżbla,” b’persuna oħra tgħid li “mhemmx għalfejn tweġġa’ lil ħaddieħor biex tidħaq.”
Meta mitluba tirreaġixxi dwar il-mod kif interpretat dan ir-ritratt, Chiara qalet li meta rat dan ir-ritratt hija tbissmet. “Ma nafx għala nqala’ dan l-għaġeb kollu. Kummenti fuq il-figura tiegħi ilni nismagħhom għal dawn l-aħħar għoxrin sena.”
Irringrazzjat lil dawk li qabżu għaliha u awgurat lill-kantanta Ira Losco.
Isma’ l-kumment sħiħ ta’ Chiara.
https://youtu.be/PprDUxsDfQg