George Farrugia ta’ 58 sena minn Bormla ngħata multa ta’ €5,000 wara li qal kliem ħażin lejn il-Maġistrat fil-Qorti.
Farrugia tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech akkużat li seraq brazzuletta tad-deheb mingħand anzjana mill-Ħamrun fis-27 ta’ Settembru. Hu kien akkużat ukoll li fost oħrajn żamm lill-vittma kontra r-rieda taħgha fejn saħansitra ġie akkużat ukoll li seraq żewġ bagalji mill-Belt fis-7 ta’ Ottubru.
Iżda hekk kif beda jkellmu l-avukat tiegħu, ir-raġel fehmu ħażin u ħaseb li weħel sentejn ħabs biex b’hekk ikun eliġibbli għal programm għar-rijabilitazzjoni mid-droga fejn minn hemm infexx fi kliem ħażin, għajjat u spiċċa jippunta lejn il-Maġistrat b’kummenti dispreġjattivi. Il-Qorti mill-ewwel weħlitu multa ta’ €1,000, bil-multa titla’ €1,000 għal kull kelma ħażina li jgħid bil-konsegwenza li l-multa spiċċat telgħet għal €5,000 sakemm inħareġ barra l-awla.
Wara li ddaħħal lura fl-awla l-akkużat talab skuża lill-Maġistrat fejn qal li għandu bżonn jattendi għal programm ta’ riabilitazzjoni mid-drofa.
Il-Qorti spjegatlu kif hu ma weriex rispett lejha iżda li ma setgħetx taċċetta hu l-kliem ħażin.
Dwar dan l-akkużat qabeż u qalilha “Jien Satanist. Ara, għandi salib bil-maqlub bħala tattoo fuq għonqi.”
Hu wieġeb ħati għall-akkużi bil-Qorti ħarġet ordni ta’ trattament sakemm tinħareġ is-sentenza.