Il-Kummissjoni Elettorali stqarret kif sas-sagħtejn ta’ waranofsinhar ivvutaw kważi sebgħa u erbgħin fil-mija tal-persuni fl-isptarijiet jew li kienu rikoverati sat-Tnejn u li huma eleġibbli biex jivvutaw.
Dan ifisser li mill-elf mitejn, tnejn u ħamsin votant irreġistrati, sas-sagħtejn ta’ waranofsinhar ivvutaw ħames mija erbgħa u tmenin.
Il-votazzjoni tibqa’ miftuħa sal-għaxra tal-lejla.
Intant sa nofsillejl tista’ tiġbor id-dokument tal-vot mill-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali fin-Naxxar jew fir-Rabat Għawdex biex tkun tista’ tivvota fl-elezzjoni ġenerali tas-Sibt.