L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy żvela li se jikkontesta t-tmexxija ta’ pajjiżu fl-elezzjonijiet presidenzjali tas-sena d-dieħla.
Ħabbar fuq il-midja soċjali, qabel ma jippublika l-ktieb tiegħu. Sarkozy, li għandu 61 sena, kien President ta’ Franza bejn l-2007 u l-2012, u tilef postu fil-Palazz Elysee fl-aħħar elezzjoni Presidenzjali.
Sarkozy qal li ħass li kellu s-saħħa biex imexxi l-battalja f’dawn iż-żminijiet tant imqalba. Waqt it-tħabbira, huwa kien biswit l-ewwel kapitlu ta’ ktieb li se jippublika iktar tard dil-ġimgħa bl-isem Everything for France.