L-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy ħabbar li jixtieq jirtira mill-politika wara li tilef it-tellieqa interna fost ir-Repubblikani biex ikun kandidat għall-elezzjonijiet Presidenzjali.
Filwaqt li ammetta t-telfa, Sarkozy esprima appoġġ lejn Francois Fillon, li rebaħ l-ewwel round ta’ voti, b’44% tal-voti favurih.
Aain Juppe, il bħal Fillon huwa eks Prim Ministru, ġie fit-tieni post.
Juppe u Fillon se jiffaċjaw lil xulxin nhar il-Ħadd li ġej, biex umbad min jirbaħ jikkompeti fl-elezzjoni Presidenzjali.
Ir-rebbieħ għar-Repubblikani aktarx se jkollu jaffaċċja lil Marine Le Pen, mil-lemin estrem.