L-eks President Franċiż, Nicolas Sarkozy, flimkien ma’ żewġ persuni oħra ngħataw sentenza ta’ tliet snin ħabs, b’sentejn minnhom sospiżi, fuq akkużi ta’ korruzzjoni.
Sarkozy li għandu 66 sena nstab ħati li pprova jxaħħam Maġistrat, Gilbert Azibert, billi offrielu xogħol prestiġġjuż f’Monaco bil-patt li jtih informazzjoni dwar inkjesta kriminali li kien hemm assoċjata mal-partit politiku tiegħu.
L-eks avukati ta’ Sarkozy ingħataw l-istess sentenza.
Sarkozy jista’ jiskonta s-sentenza mid-dar.