Ġuvni Oldaniż ta’ 24 sena tressaq il-Qorti akkużat li kkawża ġrieħi gravi fuq ġuvni Olandiż ieħor waqt argument f’Paceville. Il-każ seħħ ilbieraħ wara li ta daqqa lill-ġuvni ieħor, għaliex staqsa lil tfajla jekk sidirha hux naturali jew le.
Il-ferut spjega quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja li mad-daqqa intilef minn sensih qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Dan kien mistoqsi jagħarafx lil min tah iddaqqa, u kien pront jidentifika lill-akkużat.
Il-ferut qal ukoll li kellu bżonn żewġ punti f’xufftejh u wġiegħ f’widnejh li ħa jdum sitt xhur biex jirkupra minnhom . Dan il-każ kien differit għal seduta oħra, iżda sadanittant l-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €5000. Dan taħt il-kundizzjoni li jiffirma fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar nhar t’Erbgħa u nhar ta’ Sibt bejn it-tmiena ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija, u li ma jersaqx lejn San Ġiljan.