Saqqu f’residenza f’Tas-Sliema inħakem minn nirien illum wara nofsinhar
L-inċident, li beda fil-kamra tas-sodda, seħħ għall-ħabta tal-15:44 fi triq Borg Olivier f’Tas-Sliema.
Fuq il-post marru numru ta’ Pulizija fejn ikkontrollaw in-nirien kif setgħu sakemm waslu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tfew in-nirien.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ waqt dan l-inċident.