Lineker David Micallef nżamm arrestat wara li ġiex mixli b’serq aggravat minn żewġ pompi tal-petrol f’Marzu li għadda.
Huwa ġie akkużat ukoll li kiser ordnijiet tal-Puluzija,b’sewqan perikoluż, li darab ħafif uffiċjal tal-Puluzija, li kien f’pussess ta’ droga eroina u li ma obdiex il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
L-ispetturi Mark Mercica u Roderick Spiteri spjegaw li tfajla ta’ akkuażat Ellie Briffa li kienet kompliċi miegħu f’dan is-serq, tressqet il-qorti fl-aħħar jiem mixlija bl-istess akkużi. Madankollu Micallef ma setax jidher quddiem il-Qorti dakinhar għaliex kien jinsab rikoverat l-isptar.
Il-koppja li kienu barra b’għadd ta’ kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest rigward każijiet oħra, ħarbu mill-għassa li kienu jiffirmaw fiha wara li ġew infurmati li ser jerġgħu jarrestawhom fuq l-akkuża ta’ serq mill-pompi tal-petrol.
Il-puluzija qabduhom wara li għamlu ġimgħa maħrubin.
L-akkużat ma talabx għall-ħelsien mill-arrest u l-avukat difensur Ishmael Psaila talab sabiex Micallef jibda programm ta’ rijabilitazzjoni.