In-Nazzjonijiet Magħquda imponiet sanzjonijiet ġodda fuq il-Korea ta’ Fuq.
Dan wara s-sitt u l-akbar test nukleari li sar.
Il-miżuri jirristrinġu l-importazzjoni taż-żejt u jipprojbixxu l-esportazzjoni tat-tessuti bħala attentat li jonqos id-dħul tal-Korea ta’ Fuq għall-programm nukleari tagħha.
L-Istati Uniti oriġinarjament proponiet sanzjonijiet aktar iebsa inkluż il-projbizzjoni totali fuq l-importazzjoni taż-żejt.
Il-vot għadda unanimament wara li l-alleati ta’ Pyongyang, ir-Russja u ċ-Ċina qablu mal-miżuri mnaqqsa.
Is-sanzjonijiet, li għaddew f’laqgħa tal-kunsill tas-sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda ntlaqgħu b’rabja mill-Korea ta’ Fuq.