L-Awtorità tal-Ippjanar tat il-kunses għal xogħol li sar fis-snin disgħin f’Portomaso mingħajr permess. Fl-istess ħin ingħata l-kunsens biex fanal (lighthouse) preżenti titwaqqa’ u tinbena iktar fil-għoli. Il-bord tal-ippjanar qal li x-xogħol sanzjonat mhux ikkunsidrat li se jkollu impatt negattiv fuq iż-żona u jirrispetta l-madwar.