L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati se tingħata post gdid. Dan wara ħidma bejn is-Segretarjat Parlamentari għad-drittijiet tal-annimali u d-dipartiment tal-artijiet.
Filfatt madwar 80 kelb se jkollhom dar ġdida, santwarju gdid fil-limiti ta’ Birżebbuġa.
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes stqarr li dan hu ir-raba’ santwarju li ħadem il-Gvern fuqu tul din il-leġislatura. Filwaqt li semma l-għajnuna li din l-NGO tagħti lill-Gvern.
Kien hawn ukoll li kienet mnedija kampanja ta’ neutering li minna se jgawdu madwar 800 qattus.
Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri rrimarkat kif id-Dipartiment tal-Artijiet ħadem biex ikun identifikat post adekwat biex jinbidel f’santwarju.
Post ġdid li se jiffrankaw mal-€5,000 f’kera