Esperti qed iwwisu dwar kriżi fis-santawrji tal-annimali madwar ir-Renju Unit wara li kien hemm domanda qawwija fil-bejgħ tal-klieb online matul din il-pandemija.
Pets4Homes, waħda mill-iktar pjattforma tal-bejgħ tal-klieb online kellha żiedha ta’ 51% minn mindu faqqgħet il-pandemija.
Fuq is-sit ġew irriklamati total ta’ 466,601 kelb fejn il-prezz qed jiżdied fuq medja ta’ 131%.
Il-veterinarju u l-ambaxxatur tal-RSPCA Rory Cowlam tenna li kellhom mal-5,955 rapport ta’ klieb abbandunati.