Santa Lucia kisbu draw ġust u drammatiku ta’ 1-1 kontra Valletta, f’partita li fiha sr-riżultat seta’ jmur kull naħa, hekk kif iż-żewġ timijiet kellhom il-waqtiet pożittivi tagħhom fil-partita.
Kien biss man-nofsiegħa logħob, li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-partita, b’Santa Lucia jkunu huma li joħolqu l-periklu permezz ta’ xutt ta’ De Oliveira li ġie devjat f’corner minn difensur avversarju.
Valletta wieġbu erba’ minuti wara permezz ta’ xutt fil-baxx tal-captain Shaun Dimech li ġie salvat minn mal-art mill-goalkeeper tal-Luċjani, Francisco Silva.
Iżda kienu Santa Lucia li resqu l-aktar viċin li jiftħu l-iskor fit-42 minuta meta freekick insidjuż ta’ Jan Tanti stampa mal-mimduda, bil-Beltin jeħilsuha ħafif.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Valetta ħarġu ferm aggressivi u fit-52 minuta, Enzo Ruiz, kellu x-xutt sabiħ tiegħu jistampa mal-wieqfa, bil-Luċjani jeħilsuha ħafif.
Santa Lucia wieġbu fis-70 minuta meta xutt ta’ Alessio Piazza ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper tal-Lilywhites, Jake Galea. U l-Luċljani pattew qares għal dan iċ-ċans mitluf, hekk kif mill-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, minuta biss wara, Federico Falcone, temm azzjoni personali meta qabeż player avversarju u venven xutt minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Francisco Da Paz.
Santa Lucia tilfu ċans tad-deheb li jġibu l-iskor indaqs indaqs proprju fid-90 minuta meta Patrick De Oliveira kellu x-xutt tiegħu li ħareġ l-aħjar ta’ Jake Galea, li salva bi bravura. Huma tilfu ċans li jġibu l-iskor indaqs sekondi biss wara meta wara taħwida fil-kaxxa iżda ħadd mill-players tagħhom ma seta’ jikkonkludi fil-lasti avversarji. Iżda inkredibbilment huma ma kellhomx jiġu mċaħħda proprju mill-azzjoni li segwiet meta Mattias Ellul kellu t-tentattiv tiegħu minn pożizzjoni ideali jintemm wara Jake Galea.
Referee: Slobodan Petrovic
BOV Plejer tal-Logħba: Federico Falcone (Valletta)