Għar-raba’ sena konsekuttiva t-tfal kollha tal-iskola primarja tal-Mellieħa kellhom sorpriża tistennihom. Din is-sena wara li għamlu l-purċissjoni bil-Bambin wara l-quddiesa ta’ żmien il-Milied mill-pjazza ta’ quddiem il-knisja parrokkjali sal-pjazza tal-Knisja tas-Santwarju.
Huma bdew ikantaw biex iferrħu lin-nies li kienu għaddejjin mill-pjazza tas-Santwarju. F’daqqa waħda jinżel Santa Klaws biż-zipline f’nofshom fost iċ-ċapċip u l-għajjat tat-tfal. Jilqgħu lil Santa Klaws kien hemm martu, t-tifla tieghu flimkien mal-elves tiegħu li jgħinuh jipprepparaw ir-rigali.
Ms Mary Rose Cordina, kap tal-iskola qalet li biex torganizza attivitajiet bħal dawn trid ħafna ħsieb, xogħol u fost l-oħrajn taqtigħ il-qalb. Imma l-ferħ fuq wiċċ it-tfal itiha l-enerġija li sena wara l-oħra tara x’tista’ tkun is-sorpriża li tagħmlilhom.
Hija qalet li tixtieq tirringrazzja lill-membri tal-iscouts tal-Mellieħa li għenu biex din l-attivita’ tkun success. U wara li Santa Klaws ġie bil-helikopter, l-ispeed boat, il-vapur t’Għawdex u din is-sena biz-zipline, min jaf xi jmiss fis-sena li ġejja? Ms Cordina qalet li l-idea diġa bdiet tberren ġo moħħha… imma jkollna nistennew u naraw.
https://www.youtube.com/watch?v=jT-mu7xKGAI