Xena mhux tas-soltu kienet dik f’Santa Venera lbieraħ ma nżul ix-xemx, hekk kif Santa Klaws kien qed idur il-bibien u jqassam ir-rigali lit-tfal.
Kien il-kumitat għall-festi esterni ta’ Santa Venera li ħareġ bl-idea li jorganizza attivitá li permezz ta’ slitta maħduma miż-żgħażagħ Vendriżi, jdur fit-toroq u jqassam ir-rigali.
Tispikka r-reazzjoni taċ-ċkejknin x’ħin bħal donnhom ma setgħux jemmnu li Santa Klaws propju jinsab f’darhom. Kien jidher biċ-ċar li għal dawn it-tfal il-Milied ifisser ħafna.
Illejla żomm għajnejk miftuħin, għax Santa Klaws se jkompli jqassam.