Il-kumpanija Sanondaf ħabbret li s-sistema ta’ diżinfettazzjoni tagħha issa hija disponibbli fil-Ġermanja, l-Iżvizzera u l-Awstrija.
Sonoserv, li hija sid il-kumpanija ta’ Sonondaf disinfection system qalet li qed tagħmel dan sabiex tespandi l-ħidma tagħha fil-Kontinent Ewropew. Il-kumpanija sostniet li din it-tnedija hija parti minn espansjoni fi swieq internazzjonali, hekk kif għandha pjanijiet li tidħol fi swieq internazzjonali oħra matul l-2021.
Dan għaliex id-domanda qed tiżdied għall-kwalità, effettività u servizzi ta’ diżinfettazzjoni minn kumpaniji u individwi madwar id-dinja biex postijiet tax-xogħol u djar ikunu aktar siguri.
Il-Kap Eżekuttiv, James Degiorgio ta’ Sanoserv spjega li permezz tal-espansjoni ta’ Sanondaf fi swieq oħra internazzjonali l-kumpanija se tista’ tkun eqreb lejn il-klijenti tagħha, madwar id-dinja u tkun f’pożizzjoni li toffrilhom servizz aħjar u aktar effiċenti.
Degiorgio spjega kif Sanondaf rat żieda qawwija fit-talbiet għas-servizz ta’ diżinfettazzjoni professjonali minn klijenti internazzjonali u dan kollu għen biex din il-kumpanija tkun tista’ timraħ f’oqsma internazzjonali oħra. Degiorgio kompla jispjega li l-kumpanija kompliet tespandi u tkabbar l-operat tagħha fl-ittestjar b’teknoloġiji effettivi u servizz li hu approvat li jaħdem kontra viruses magħrufa u patoġeni oħra.
Min-naħa tiegħu, is-sid tal-German Master Franchise qal li hu entużjast li fl-aħħar ġab servizz ta’ diżinfettazzjoni revoluzzjonarju fil-Ġermanja.
Huwa tenna li l-effett doppju tas-servizz ta’ bexx flimkien mas-sistemi ta’ diżinfettazzjoni se jippermettu arja u wċuħ tal-għamara aktar nodfa u diżinfettati b’mod sikur.
Is-sistemi ta’ Sanondaf kienu użati b’mod estensiv fl-isptarijiet, fl-iskejjel, fuq l-ajruplani, fil-karozzi, f’kumpaniji farmaċewtiċi u stabbilimenti tal-ikel b’riżultati eċċellenti. Dan kollu hu possibbli minħabba l-esperjenza u l-ispeċjalizzazzjoni fis-settur.