Sandra Ramírez hija l-Kolombjana ta’ 43 sena li nqatlet b’daqqiet ta’ sikkina f’appartament f’Tas-Sliema.
Kien Kolombjan ta’ 43 sena wkoll li mar l-għassa tal-Pulizija kmieni dalgħodu u qal li kien għadu kemm qatel lill-vittma.
Hemmhekk il-Pulizija marru fuq il-post u sabu lill-vittma bla ħajja fuq is-sodda.
S’issa l-Pulizija għadha qed tistabbilixxi x’kienet ir-relazzjoni bejn il-vittma u l-aggressur, iżda l-Pulizija ċċarat li fil-jiem jew xhur li għaddew ma sar l-ebda rapport, kemm mill-vittma u kemm mill-aggressur, fil-konfront ta’ xulxin dwar xi allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika.
Dan l-istazzjon jinsab infurmat li l-vittma kienet taħdem bħala sales representative f’ħanut f’Tas-Sliema. Hija ngħatat il-permess ta’ residenza f’Ottubru tal-2022, filwaqt li l-allegat qattiel ingħatalu f’Jannar tal-2023.
Aqra aktar: