Bernie Sanders saħaq li se jkun qed jappoġġja lil Hilary Clinton fl-elezzjoni Presidenzjali li jmiss.
Sanders li tah battikata mhux ħażin lil Clinton fl-elezzjonijiet primarji, qal li huwa se jkun qed jivvota lil Hilary Clinton biex tikseb l-ogħla kariga fil-White House.
Minkejja li ma kkommetiex ruħu li se jtemm il-kampanja tiegħu huwa qal li se jagħmel dak kollu possibli biex Donald Trump ma jsirx President tal-Amerka.
Ix-xahar id-dieħel, Hilary Clinton mistennija formalment tirċievi l-approvazzjoni tal-kandidatura tagħha mill-Konvenzjoni tal-Partit Demokratiku.