“Ser naħdem biex l-Istati Uniti jkollu lil Hilary Clinton bħala President” dan ma qalu ħadd ħlief Bernie Sanders, l-aħħar kandidat demokratiku li nqala’ mit-tiġrija għall-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti.
F’ diskors ċar Sanders appella lil-85% ta’ dawk li appoġjawh biex jingħaqdu wara Clinton.
Sanders ddeskriva lil Hilary Clinton bħala mara li tifhem li hemm bżonn ta’ ħidma biex tissaħħaħ l-ekonomija, tissaħħaħ il-paga minima, jitjieb il-livell t’għixien, u jinħolqu impjiegi sostenibbli. Viżjoni li hi għal kollox differenti minn dik li qed jipproponi l-kandidat Repubblikan Donald Trump.
Sanders fakkar li din hi elezzjoni kruċjali għax se teleġġi wkoll nies ġodda fil-qasam tal-ġustizzja li fost oħrajn iridu jaħdmu għal iżjed drittijiet għall-komunità LGBTI fl-Istati Uniti.