Żagħżugħa ta’ 25 sena residenti San Pawl il-Baħar qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’argument. Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd għall-ħabta ta’ nofs il-lejl f’residenza fi Triq Mozzolla f’San Pawl il-Baħar ma’ raġel ta’ sebgħa u għoxrin sena residenti l-Floriana.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post, iżda aktar tard kien arrestat u ttieħed il-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.