Għada l-ħamis 15 ta’ Marzu 2018 ser jitfakkar l-125 anniversarju f’San Lawrenz f’Għawdex minn meta l-Papa Ljun Xlll waqqaf lil din il-komunità bħala parroċċa awtonoma.
Kien ilu jinħass il-bżonn li din iż-żona li fl-antik kienet magħrufa bħala Ta’ Ċangura titgħolla għad-dinjità ta’ Parroċċa. Għalkemm San Lawrenz ilu 125 sena Paroċċa pero l-eżistenza tal-inħawi tissemma saħansitra f’ dokumenti li jmorru lura qabel l-Assedju ta’ Għawdex tal-1551.
Il-Parroċċa ta’ San Lawrenz biex jitfakkar dan l-anniverserju nediet attivitajiet varji u konkreti għaż-żminijiet li qed ngħixu fihom illum. Fost l-oħrajn qed ikompli l-proġett amibizzjuż tar-restwar tal-Knisja Parrokkjali, restawr ta’ oġġetti ta’ arti fosthom il-pedestal artistiku u antik tal-istatwa titulari u anke twaqqaf grupp ta’ nies li ser jieħdu inkarigu li darba fix-xahar, ta’ kull xahar, ser ikunu qed jitolbu għall-bqija tal-komunità; dan sabiex inkompli jinħoloq sens ta’ komunità li għadu jinħass sewwa fir-raħal ta’ San Lawrenz Għawdex.
Għada l-Ħamis 15 ta’ Marzu fis-6.30pm ser isir pontifikal solleni mmexxi mill-E.T. L-Isqof Mario Grech biex din il-komunità trodd ħajr lil Alla.