Wirja mill-aqwa għenet lil San Ġwann Tiki Taka sabiex jirbħu l-Community League tal-Blackball hekk kif fil-finali għelbu lil Qormi Anici D 11-7.
It-tim minn San Ġwann stabilixxa vantaġġ ta’ 4-2 għalkemm ħin minnhom il-Qriema rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs għal darba darbtejn.
Minn hemm ‘l hemm San Ġwann Tiki Taka bdew jirbħu frame wara l-ieħor sakemm il-boċċa rebbieħa għamilha Jason Grech.
Fi tmiem il-konfront il-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt ippreżenta t-tazza lil Andrea Sammut, it-tim manager ta’ San Ġwann Tiki Taka.
Referee għal dan il-konfront kien Kyle Zammit.