San Ġwann Nick’s A rebħu ċ-Challenge League tal-Blackball meta f’finali ferm emozzjonanti għelbu lil Qormi Anici A 11-7.
L-ewwel parti tal-logħba kienet ferm bilanċjata biż-żewġ timijiet jalternaw il-vantaġġ bl-iskor li ħin minnhom kien 5-5.
Madankollu San Ġwann Nick’s A kibru fil-kunfidenza u wara sensiela ta’ frames pożittivi kisbu vantaġġ ta’ 10-7. Eventwalment l-aħħar frame kien deċiżiv għalihom bil-plejer tagħhom Clayton Pace li daħħal il-boċċa rebbieħa u ta r-rebħa u t-tazza lit-tim tiegħu.
Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Malta Blackball Federation Philip Gatt ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ San Ġwann Nick’s A Clayton Pace.
Referee kien Nathaniel Palmer.