Is-sena l-oħra l-Pulziija rċevew 2,447 rapport dwar każijiet ta’ pick-pocketing, bil-lokalità San Ġiljan tkun l-aktar waħda li kien hemm rapporti b’total ta’ 861. It-Tieni lokalità bl-akbar ammont ta’ rapporti hi tas-Sliema b’total ta’ 657 u t-tielet lokalità bl-iktar ammont ta’ rapporti li saru dwar pick-pocketing hi l-Belt Valletta b’313-il rapport.
Din l-informazzjoni ħarġet wara li l-Ministru Carmelo Abela ġie mistoqsi kemm kien hemm rapporti ta’ pick-pocketing f’kull lokalità rispettiva u x’kienu l-oġġetti li nsterqu mid-deputat Anthony Agius Decelis.
L-aktar oġġett li nsteraq kienet il-kard tal-flus, fejn kien hemm 1,286 rapport, it-tieni kienu flus lokali b’1,197 rapport u t-tielet oġġett li l-aktar insteraq kien il-baskett tal-flus fejn il-Pulizija rċivew 982 rapport.