Fi tmiem il-ġimgħa li-għaddiet sar it-tieni rawnd tal-kampjonati Maltin tat-Table Football fejn sar magħruf ir-rebbieħ għal din is-sena.
Samuel Bartolo issiġilla r-rebħ tal-kampjonat u l-għaxar titlu personali wara li ddomina l-kampjonat premjer u temm l-istaġun bla telfa. Bartolo kien segwit fil-klassifika minn Mark Gauci u Charlie Aquilina.
Fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni, Massimo Cremona kien fi klassi għalih hekk kif rebaħ it-titlu bla telfa u assigura r-ritorn għall-kampjonat Premier. Cremona kien segwit fil-klassifika minn Spencer Conti u Mauro Camilleri. Dan tal-aħħar rebaħ promozzjoni għall-kampjonat Premier wara li għeleb lil Patrick Pace fil-partita deċiżiva.
L-appuntament maġġuri li jmiss għall-atleti Maltin issa jkun il-‘major’ ta’ Mallorca fi Spanja fi’ tmiem ix-xahar id-dieħel, liema vjaġġar ikompli jkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

