Il-kumpanija Samsung ħeġġet lis-sidien tal-Galaxy Note 7 biex jitfu dawn l-ismartphones, sakemm investigaturi jaraw rapporti ġodda ta’ dawn il-mobiles jieħdu n-nar.
Id-ditta mill-Korea ta’ Isfel qalet li se twaqqaf il-bejgħ ta’ dan il-mobile għal kollox. Samsung irċievew aktar minn żewġ miljun telefonata f’Settembru, wara lmenti ta’ batteriji li kienu qiegħdin jisplodu. Aktar tard il-kumpanija żgurat li l-mobiles kollha kienu qiegħdin jinbidlu. Madanakollu issa hemm rapporti li l-mobiles mibudla ukoll qiegħdin jieħdu n-nar.