Il-kumpanija Samsung ikkonfermat dak li bosta fanatiċi tal-eletroniċi bdew jissuspettaw dawn l-aħħar ġimgħat, u dan hekk kif ħabbret li l-mowbajl il-ġdid se jkun qed jitnieda għall-ewwel darba f’Barċellona fi Spanja minflok f’Las Vegas fi Frar.L-ewwel għidut dwar il-Galaxy S9 kienu li l-mowbajl se jkun qed jiġi mniedi waqt CES 2018, iżda hekk kif resaq aktar fil-qrib il-jum ta’ dan ix-xow, rapporti oħrajn bdew jgħidu li Samsung bidlet il-ħsieb.
Jidher li t-tħabbira tal-iPhone X ma kinitx daqsekk ta’ theddida, u għalekk il-kumpanija ddeċidiet li terġa’ tmur lura għad-data inizjali biex tniedi l-mowbajl.
Dan ifisser li l-Galaxy S9 hu kkonfermat li jiġi mniedi lejn l-aħħar ta’ Frar waqt il-Mobile World Congress, kważi xahrejn wara d-data li kien maħsub li jiġi żvelat.