Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kellha tkun waħda impenjativa għall-Assoċjazzjoni fejn nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru kellha tiġi organizzata it-tieni attività mill-Kampjonat Nazzjonali Motocross 2019/2020 fil-Kumpless Sportiv f’Ta’ Qali. Din kellha tiġi posposta wara l-maltemp ta’ lejliet l-attività.
Iżda dan ma kienx l-istess nhar il-Ħadd 15 ta’ Diċembru fejn ġiet organizzata t-tieni attività mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2019/2020 fil-Barriera tal-Fawwara. Ir-riżultati tal-Enduro huma dawn:
Fi Klassi A rebaħ din il-klassi Bernard Sammut fuq mutur Beta 300cc b’ħin ta’ 5 minuti 4.57 sekondi segwit min James Zahra fuq mutur Sherco 300cc b’ħin ta’ 5 minuti 17.92. Fit-tielet post daħal Matthew Gauci fuq mutur Sherco 300cc b’ħin ta’ 5 minuti 21.10 sekondi.
Fi Klassi B Melvin Borg fuq mutur Sherco 300cc rebaħ din il-klassi b’ħin ta’ 7 minuti 2.48 sekondi segwit minn Aiden Cilia la Corte fuq mutur Husqvarna b’ħin ta’ 7 minuti 5.26 sekondi. It-tielet post intrebaħ minn Michael von Brockdorff fuq mutur Beta 200c b’ħin ta’ 7 minuti 6.60 sekondi.
Fi Klassi C rebaħ Jamie Vassallo fuq mutur KTM 150cc b’ħin ta’ 6 minuti 55.53 sekondi segwit min Mario Gatt fuq mutur Honda 250cc b’ħin 8 minuti 44.56 sekondi.
Fi Klassi D rebaħ Julian Scicluna fuq mutur Beta 300cc b’ħin 7 minuti 43.45 sekondi segwit min Antoine Muscat fuq mutur KTM 85cc b’ħin 10 minuti 38.23 sekondi.
Intant, nhar il-Ħadd 22 ta’ Diċembru 2019 l-“Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi” ħa torganizza l-attività speċjali li ssir kull sena fi żmien il-Milied. Bħas-snin preċedenti l-attività tiġi mtella’ biex jinġabru fondi għall-ISTRINA. F’din il-26 edizzjoni ta’ din l-attività fil-programm tal-ġurnata sejrin naraw is-sezzjoni Autocross bit-tielet attivita mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/2020. Il-programm tal-ġurnata tibda bil-karozzi Autocross fl-10:00 ta’ filgħodu. Il-program Autocross mistenni jispiċċa għall-ħabta tat-3.00 ta’ waranofsinhar biex tibda id-Demolition Derby.
Għalkemm il-kompetituri tad-Demolition qed isibuha diffiċli ħafna li jixtru karozzi qodma għal dan l-avveniment li jittella’ “Darba fis-Sena”, 46 kompetitur irreġistraw għal din il-kompetizzjoni. F’din l-edizzjoni se naraw 16 il-kompetitur ġdid u 30 li huma sewwieqa li soltu jieħdu sehem f’din il-logħba. Daqstant, meta n-numru ta’ kompetituri ġodda jkun iktar min terz tal-oħrajn jagħmilha iktar diffiċli li jkun previst min sa jkun biċ-ċans ta’ Rebbieħ u Runner-Up tiegħu.
Għalkemm il-ħbit bil-karozzi hija l-irwol ta’ din il-logħba s-sewwieqa għandhom regoli ta’ ‘sigurtà speċjali’ li jridu jiġu osservati sabiex titħares is-saħħa tas-sewwieqa kollha. Ir-Regoli preventivi ta’ din il-loghba jridu jiġu osservati mis-sewwieqa kollha matul u sal-aħħar tad-Demolition Derby. Filwaqt, l-Assoċjazzjoni tieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex dan iseħħ.
Attivita oħra Enduro ħa ssir fit-19 ta’ Jannar 2020 fil-Barriera tal-Ballut Limiti tan-Naxxar bl-attività tibda 10am. L-attività tal-Motocross li jmiss ser issir fil 5 ta’ Jannar 2020 fil-kumpless tal-ASMK f’Ta’ Qali u tibda fl-10:00 ta’ filgħodu.