Tmiem il-ġimgħa li għaddiet kienet waħda impenjativa għal l-Assoċjazzjoni fejn il-Hadd f’Ta’ Qali ġiet organizzata l-ewwel attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2018/2019.
Ir-rizultati tal-Enduro huma dawn:-
Fi Klassi A ir-rebbieħ ta din il-klassi huwa Bernard Sammut fuq mutur Husqvarna 300 b’hin ta 6 minuti 31.829 sekondi segwit min Carmelo Borg fuq mutur Honda 450 b’hin ta 6 minuti 51.412 sekondi. Fit-tielet post spicca Matthew Gauci fuq mutur Beta 300 b’hin ta 6 minuti 58.593 sekondi.
Fi Klassi B rajna lil Daniel Borg fuq mutur Beta 350 jirbah din il-klassi b’hin ta’ 7 minuti 29.401 sekondi segwit min Andrew Cassar fuq mutur KTM 300 b’hin ta 7 minuti 30.375 sekondi filwaqt li Aidan Camilleri fuq mutur KTM 300 spicca fit-tielet post b’ħin ta 7 minuti 41.746 sekondi.
Fi Klassi C rajna numru ta kompetituri ġodda jieħdu sehem f’din l-attivita bir-rebbieħ kien Luke Borg fuq mutur Kawasaki 250 b’hin ta 8 minuti 4.439 sekondi segwit min Kevin Calleja fuq mutur KTM 150 b’ħin ta 8 minuti 26.077 sekondi, fit-tielet post spiċċa Kyle Stone fuq mutur KTM 250 b’hin ta 8 minuti 30.423 sekondi.
L-Attività spiċċat bil-preżentazzjoni mill-kumpanija Wotomoto Ltd bid-ditta BETA fejn għat-tieni sena konsekuttiva offrew mutur gdid fjamant BETA RR 350 biex Bernard Sammut ir-rebbieh f’din l-attivita jikkompeti b’dan il-mutur ġdid għal matul l-istaġun li ġej. Il-preżentazzjoni saret mis-Sur Neil Falzon General Manager tal-Wotomoto flimkien mal-President tal-Enduro Sur Eddie Bonello fejn ghaldarba ohra Bernard Sammut fuq mutur Husqvarna rebaħ il-kompetizzjoni tal-ġurnata bl-inqas ħin, dak ta 6 minuti 31.829 sekondi.
Intant nhar il-Ħadd li ġej l-“Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi” ħa torganizza l-attivià speċjali li ssir kull sena fi żmien il-Milied. Bħal snin preċedenti l-attività tiġi mtella’ biex jinġabru fondi għall-ISTRINA. F’din il-25 edizzjoni ta’ din l-attività fil-programm tal-ġurnata sejrin naraw is-sezzjoni Autocross bit-tieni attività mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2018/2019 u l-Muturi Motocross li ser itellgħu attivita Fun Race. Il-programm tal-ġurnata jibda fl-8.00am bil-Muturi u l-karozzi jsegwu mil-10:00am. Il-programm mistenni jispiċċa bid-Demolition Derby li tibda għall-ħabta tat-3:00pm.
Għalkemm il-kompetituri tad-Demolition qed isibuha diffiċli ħafna li jixtru karozzi qodma għal dan l-avveniment tad-Demolition li jittellha “Darba fis-Sena”, 30 kompetitur irreġistraw għal din il-kompetizzjoni. F’din l-edizzjoni se naraw 11 il-kompetitur gdid u 19 li huma sewwieqa li soltu jieħdu sehem f’din il-logħba. Daqstant meta in-numru ta kompetituri ġodda ikun iktar min terz jagħmilha iktar diffiċli li jkun previst min sa jkun ir-Rebbieħ u r-Runner-Up tiegħu. Għalkemm il-ħbit bil-karozzi hija l-irwol ta’ din il-logħba is-sewwieqa għandhom regoli ta’ ‘sigurtà speċjali’ li jiġu osservati sabiex titħares is-saħħa tas-sewwieqa kollha.
Rittrati – Mario Micallef