Wara survey ieħor li wera trust rating ħażin għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, sorsi fid-Dar Ċentrali qalu lil ONE News li fl-istamperija kompla jikber id-dwejjaq.
Iżda iktar milli fuq Bernard Grech, l-attakk qed idur fuq dawk li b’surveys simili kienu ħadmu biex jitqaċċat Adrian Delia minn Kap.
Fis-sajf tal-elfejn u dsatax Ivan Bartolo u Mark Anthony Sammut kienu ħadmu kemm felħu kontra Adrian Delia.
Saħansitra għamlu petizzjoni kontra tiegħu.
F’dan il-kuntest ħafna drabi kienu jissemmew is-surveys ħżiena ta’ Delia.
Iżda, Mark Anthony Sammut, li għalih hemm rabja kbira fost in-nies ta’ Delia, issa qed jgħid li meta ħadem biex jitqaċċat Delia s-surveys ma kellhomx x’jaqsmu.
Sammut u Bartolo kienu ħadu li riedu meta Delia tkeċċa u ġie umiljat.
Eventwalment dawk magħrufa bħala Blue Heroes baqgħu jaħdmu kontra Delia, sakemm f’Ottubru tal-elfejn u għoxrin daħlu wieħed minn tagħhom minflok il-Kap li qabel kien elett demokratikament.