Samantha Pace Gasan ġiet maħtura bħala l-Kummissarju l-Ġdid għall-Persuni b’Diżabilità.
Dan hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa s-Sur Oliver Scicluna rriżenja minn din il-kariga u nħatar bħala Membru Parlamentari.
Samantha Pace Gasan għandha sebgħa u għoxrin sena, hija għandha l-kundizzjoni Marfan Syndrome u tilfet il-vista f’għajnejha l-leminija wara li kellha attakk ta’ puplesija.
Fi stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru ntqal li hi għexet is-settur tad-diżabbiltà minn aspett differenti dan għaliex oħtha, Naomi Pace Gasan għandha l-kundizzjoni tad-Down Syndrome.
Bil-ħatra ta’ Samantha Pace Gasan, il-Gvern qal li qed jibgħat messaġġ b’saħħtu li Malta tħares lejn l-ispettru wiesa’ tal-kelma diżabbiltà u id f’id mat-tema ta’ din is-sena tal-Ġnus Magħquda li mhux kull diżabbiltà hi viżibbli.
Intant, fi tweet il-Prim Ministru Robert Abela esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-ħatra ta’ Samantha Pace Gasan bħala Kummissarju għall-Persuni b’Diżabbiltà.
Dr Abela qal li hija għandha l-abbiltajiet kollha biex tiddefendi d-drittijet tal-persuni b’diżabbiltà.
Proud to have appointed Samantha Pace Gasan to serve as Commissioner for the #Rights of Persons with #Disability. Samantha has what it takes to empower and defend the rights of people with disabilities – RA@JuliaFarrugia
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) January 20, 2021