21 kompetitur ħadu sehem bien jikkompetu għall-ogħla unuri tal-Badminton Malti fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Badminton. Dawn saru fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fil-Kumpless Sportiv Tal-Kottonera.
Assistejna għal-logħob kompetittiv ħafna bi tlieta mill-ħames finali imorru għat-tielet game. Dan jirrifletti il-livell ta’ kompetizzjoni u logħob bilanċjat li rajna nhar il-Ħadd fil-finali. Il-Ħadd intlagħbu il-finali tal-kategoriji kollha, iġifieri is-Singles tal-irġiel u tan-nisa, id-Doubles tal-irġiel u tan-nisa kif ukoll il-Mixed Doubles.
Dan kien tournament memorabbli għal Sam Cassar li rebaħ xejn inqas minn tliet titli kif ukoll l-ewwel “triple crown” tiegħu fil-karriera tiegħu. Din tfisser li hu rebaħ kemm il-kategorija tas-Singles, Doubles kif ukoll Mixed.
Il-finali tas-singles tal-irġiel kienet impenjattiva ħafna għalih meta affaċja liċ-Champion renjanti Matthew Abela. Abela rebaħ l-ewwel game 21-13 iżda Cassar ġaw il-logħba 1-1 meta rebaħ it-tieni game 21-18. Cassar kompla u ssiġilla l-ewwel titlu nazzjonali tal-irġiel tiegħu b’rebħa ta’ 21-18 fis-sett deċiżiv.
Fis-singles tan-nisa, Francesca Clark żammet it-titlu tagħha wara li għelbet lil Laureen Azzopardi f’żewġ games 21-13, 21-18.
Il-finali tad-doubles tal-irġiel kienet bilanċjata ħafna hekk kif Sam Cassar flimkien ma’ Mark Abela sfidaw lil Matthew Abela u Matthew Galea – L-ewwel game kienet viċina ħafna fejn Abela u Galea rebħu 25-23 iżda Sam Cassar rebħu it-tieni u t-tielet game 21-15 u 21-19 biex ħadu t-titlu.
Fil-finali tad-doubles tan-nisa rajna l-istess kompetittivita’ u logħob sabiħ bħalma rajna f’tal-irġiel hekk kif Elenia Haber u Lauren Azzopardi rnexxielhom idawru telfa f’rebħa kontra l-aħwa Francesca u Martina Clark wara li tilfu l-ewwel game 11-21 iżda mbgħad rnexxielhom jirbħu lil 21-19 u 21-19, biex assiguraw l-ewwel titlu maġġuri tagħhom.
Francesca Clark pattiet għal dan id-diżappunt hekk kif ingħaqdet ma’ Sam Cassar biex ikkompetitiet fil-finali tal-mixed doubles. Fil-finali, Clark u Cassar għelbu lil Matthew Abela u Elenia Haber 21-14 u 21-12 biex baqgħu Champions renjanti ta’ din il-kategorija għar-raba’ sena konsekuttiva.
Andrew Grech, Direttur Maniġerjali ta’ Assikura Insurance Brokers PCC Ltd, sponsors tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Badminton, ippreżenta t-trofej lir-rebbieħa u lil dawk li gew fit-tieni post.
Badminton Malta tixtieq tirringrazzja lil Assikura Insurance Brokers PCC, SportMalta, lill-plejers u voluntiera, kif ukoll il-parteċipanti kollha għall-appoġġ u l-kontribut tagħhom fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Badminton.
RIŻULTATI FINALI
Men’s Singles (MS):
Sam Cassar vs Matthew Abela: 2-1 (13-21, 21-18, 21-18)
Women’s Singles (WS):
Francesca Clark vs Lauren Azzopardi: 2-0 (21-13, 21-18)
Men’s Doubles (MD):
Sam Cassar/Mark Abela vs Matthew Abela/Matthew Galea: 2-1 (23-25, 21-15, 21-19)
Women’s Doubles (WD):
Elenia Haber/Lauren Azzopardi vs Francesca Clark/Martina Clark: 2-1 (11-21, 21-19, 21-19)
Mixed Doubles (XD):
Sam Cassar/Francesca Clark vs Matthew Abela/Elenia Haber: 2-0 (21-14, 21-12)